Il-Ministeru għal Għawdex jagħti €10,000 bħala sostenn għall-proġetti tan-Nature Trust Malta fl-iskejjel ta’ Għawdex

December 21, 2016

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ppreżenta kontribuzzjoni ta’ €10,000 lin-Nature Trust Malta. Dan bħala parti minn ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u Nature Trust Malta. Il-ftehim jorbot liż-żewġ partijiet jikkollaboraw flimkien fuq programm ambjentali u ta’ sostennibbiltà.

Permezz tal-programm FEE, ewlenin fosthom EkoSkola, YRE (Young Reporters for the Environment)/Press Kids u LEAF (Learning about Forests) qed isir ħafna ġid fost l-istudenti Għawdxin. Mill-iskola dawn l-istudenti qed jieħdu edukazzjoni li qed tgħinhom ikunu aktar sostenibli.

Dawn il-programmi qed iservu wkoll ta’ għodda ewlenija  biex ċerti messaġġi jaslu fid-djar tal-familji Maltin.  Dawn il-programmi huma konfermi mal-viżjoni tal-Gvern dwar il-kunċett ta’ gżira ekoloġika.

Il-Ministeru għal Għawdex permezz tad-direttorat ta’ Eko-Għawdex qed jagħti €10,000 bħala sostenn għall-proġetti fl-iskejjel ta’ Għawdex li għażlu li jipparteċipaw f’dawn il-programmi.  F’dan il-programm qed jieħdu sehem aktar minn 3,600 student minn 17-il skola Primarja, Sekondarja u anke Post Sekondarja.​

Sign up for our newsletter

Past Newsletters

Local Newsletters

International Newsletters

View All